Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-3 ta’ Jannar 2012 — P Oy

(Kawża C-6/12)

2012/C 58/09

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: P Oy

Konvenut: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domandi preliminari

(1)

Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni bħal dik tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 122 tal-liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq id-dħul, il-kundizzjoni ta’ selettività li tirriżulta mil-Artikolu 107(1) tat-TFUE għandha tiġi interpretata bħala li tipprekludi d-dritt li jitnaqqas it-telf fil-każ ta’ tibdil tal-proprjetarju jekk il-proċedura prevista fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE ma hijiex osservata?

(2)

Fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-kundizzjoni ta’ selettività, b’mod partikolari sabiex jiġi ddeterminat il-grupp ta’ riferiment, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-regola ġenerali tat-tnaqqis tat-telf ikkonstatat li tidher fl-Artikoli 117 u 118 tal-liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq id-dħul jew id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-każijiet ta’ tibdil tal-proprjetarju?

(3)

Jekk il-kundizzjoni ta’ selettività tal-Artikolu 107 TFUE hija kkunsidrata a priori bħala ssodisfatta, is-sistema li tirriżulta mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 122 tal-liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq id-dħul tista’ tiġi kkunsidrata bħala ġustifikata mill-fatt li dan huwa mekkaniżmu inerenti għan-natura tas-sistema fiskali, li huwa neċessarju pereżemju għall-prevenzjoni tal-evażjoni fiskali?

(4)

Fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni u ta’ mekkaniżmu inerenti għan-natura tas-sistema fiskali, x’importanza għandha tingħata lill-portata tas-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet? Għal dak li jirrigwarda l-mekkaniżmu inerenti għan-natura tas-sistema fiskali, huwa meħtieġ li l-korp li japplika l-liġi ma jkollu l-ebda setgħa diskrezzjonali u li l-leġiżlazzjoni tiddefinixxi b’mod preċiż il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tad-deroga?