Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ Jannar 2012 — Město Žamberk vs Finanční ředitelství v Hradci Králové

(Kawża C-18/12)

2012/C 98/19

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Město Žamberk

Konvenut: Finanční ředitelství v Hradci Králové

Domandi preliminari

(1)

L-attivitajiet sportivi mhux organizzati, mhux sistematiċi u ta’ rikreazzjoni li jistgħu jiġu pprattikati b’dan il-mod f’kumplessi fejn ikun hemm pixxina mikxufa (pereżempju, l-għawm rikreattiv jew il-logħob bil-ballun rikreattiv) jistgħu jiġu kkwalifikati bħala prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-għoti, bi ħlas, ta’ aċċess għall-kumplessi fejn tkun tinsab tali pixxina mikxufa, li joffru lill-viżitaturi l-possibbiltà msemmija iktar ’il fuq li jiġu pprattikati attivitajiet sportivi, minbarra evidentement tipi oħra ta’ rikreazzjoni jew ta’ mistrieħ, jista’ jiġi kkwalifikat bħala provvista ta’ servizzi li għandhom rabta mill-qrib mal-ipprattikar tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika pprovduti lil persuni li jipprattikaw l-isport jew l-edukazzjoni fiżika fis-sens tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tad-Direttiva 2006/112/KE, u għalhekk bħala servizz eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud bil-kundizzjoni li jiġi pprovdut minn korp mingħajr skop ta’ lukru kif ukoll li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti mill-imsemmija direttiva?


(1)  ĠU L 347, p. 1