Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad — Varna (Il-Bulgarija) fis-7 ta’ Frar 2012 — Galin Kostov vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — grad Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

(Kawża C-62/12)

2012/C 118/21

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Аdministrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Galin Kostov

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — grad Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite (direttur tad-direttorat “Appell u ġestjoni tal-infurzar” għall-belt ta’ Varna, li huwa qrib l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa)

Domanda preliminari

Persuna fiżika rreġistrata għall-VAT minħabba l-attivitajiet tagħha bħala uffiċjal eżekuttiv li hija teżerċita privatament għandha tiġi kkunsidrata bħala persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112 (1) u hija obbligata tħallas il-VAT skont l-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112 fir-rigward ta’ provvista ta’ servizz okkażjonali, li sseħħ fin-nuqqas ta’ rabta mal-attivitajiet tagħha bħala uffiċjal eżekuttiv?


(1)  ĠU L 347, p. 1