Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (Ir-Rumanija) fl-14 ta’ Frar 2012 — SC Mora IPR SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Direcția Județeană pentru Accize și Operațiuni Vamale Sibiu

(Kawża C-79/12)

2012/C 126/11

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia (Rumanija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Mora IPR SRL

Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu u Direcția Județeană pentru Accize și Operațiuni Vamale Sibiu

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 211 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-impożizzjoni ta’ kundizzjoni addizzjonali (bħall-akkwist, matul perijodu determinat, ta’ ċertifikat ta’ ħlas differit, skont kundizzjonijiet stabbiliti permezz ta’ ordni tal-ministru tal-ekonomija u tal-finanzi), u dan minbarra l-kundizzjoni li tirrigwarda l-entrati fid-dikjarazzjoni tal-VAT, li tkun tinkombi lil dawk il-persuni taxxabbli li ma humiex suġġetti għall-VAT dovuta fuq l-importazzjoni lill-awtoritajiet doganali?

(2)

L-Artikoli 26(2), 28, 30 u 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu interventi leġiżlattivi ripetuti, bħal dawk previsti fil-punti 1 u 2 tad-Digriet Liġi Nru 22, tat-28 ta’ Marzu 2007, kif ukoll fil-punt 69 tad-Digriet Liġi Nru 106 tal-4 ta’ Ottubru 2007, li jemendaw l-Artikolu 157(4) tal-kodiċi fiskali Rumen fis-sens li huma biss xi wħud mill-persuni suġġetti għall-VAT (dawk li wettqu jew li huma kkunsidrati li wettqu l-importazzjoni qabel il-15 ta’ April 2007 u li kisbu ċertifikati ta’ ħlas differit), fost dawk li jinsabu f’sitwazzjonijiet identiċi (li għandhom fil-pussess tagħhom oġġetti importati temporanjament matul il-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni), li huma awtorizzati li ma jħallsux il-VAT lid-dwana?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).