26.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (Il-Bulgarija) fil-15 ta’ Marzu 2012 — Rusedespred OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-138/12)
2012/C 151/38
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad — Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rusedespred OOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Domandi preliminari
(1) |
Abbażi tal-prinċipju tan-newtralità tal-VAT, il-persuna suġġetta għandha d-dritt, fit-terminu ta’ preskrizzjoni stabbilit, li titlob ir-rimbors tal-VAT iffatturata b’mod żbaljat u mhux dovuta, meta, skont id-dritt nazzjonali, il-provvista li għaliha tkun ġiet iffatturata t-taxxa tkun eżentata, ir-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali ma jkunx jeżisti u s-sistema ta’ korrezzjoni tal-fattura stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tkunx tapplika? |
(2) |
Is-sistema komuni tal-VAT, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità, ta’ effettività u ta’ trattament ugwali, jipprekludu r-rifjut mid-dipartiment tat-taxxa, ibbażat fuq dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 203 tad-Direttiva 2006/112, li tiġi rrimborsata lil persuna suġġetta l-VAT li din semmiet fuq fattura, meta din it-taxxa ma tkunx dovuta, għaliex il-kunsinna tkun eżenti iżda tkun ġiet iffatturata, meħuda inkunsiderazzjoni u mħallsa bi żball, u meta avviż ta’ rettifika definittiv ikun diġà ċaħad lill-persuna li tkun saritilha l-kunsinna d-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input fuq din l-istess kunsinna, minħabba li din il-VAT tkun ġiet iffatturata b’mod indebitu mill-fornitur? |
(3) |
Il-persuna suġġetta għat-taxxa tista’ tinvoka direttament il-prinċipji li jirregolaw is-sistema komuni tal-VAT u, b’mod iktar preċiż, il-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ effettività, sabiex topponi ruħha għar-regola ġuridika nazzjonali jew għall-applikazzjoni tagħha mill-awtoritajiet fiskali u ġudizzjarji, jew għan-nuqqas ta’ tali regola, li tikser dawn il-prinċipji? |