Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Marzu 2012 — Hristomir Marinov vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — gr. Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

(Kawża C-142/12)

2012/C 151/39

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hristomir Marinov

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — gr. Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżud, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż ukoll għaċ-ċirkustanzi li fihom l-abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli huwa dovut għall-fatt li, minħabba tħassir mir-reġistru, il-persuna taxxabbli hija mċaħħda mill-possibbiltà li tiffattura u tnaqqas il-VAT?

(2)

L-Artkoli 74 u 80 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi, fis-sitwazzjoni ta’ abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli, li l-valur taxxabbli tal-operazzjoni huwa l-valur normali tal-attivi eżistenti fil-jum tat-tħassir mir-reġistru?

(3)

L-Artikolu 74 tad-Direttiva 2006/112 għandu effett dirett?

(4)

Il-medda ta’ żmien bejn id-data tax-xiri tal-attivi u d-data tal-abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli kif ukoll it-tnaqqis ta’ valur li seħħ wara x-xiri tal-attivi, huma importanti għad-determinazzjoni tal-valur taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 74 tad-Direttiva?


(1)  ĠU L 347, p. 1.