Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad — Plovdiv (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Teritorialna direktsia na Natsionalnata Agentsia za Prihodite — Plovdiv vs “RODOPI М 91” OOD

(Kawża C-259/12)

2012/C 243/13

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Аdministrativen sad — Plovdiv (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Teritorialna direktsia na Natsionalnata Agentsia za Prihodite — Plovdiv

Konvenut:“RODOPI М 91” OOD

Domandi preliminari

(1)

(1)

Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jippermetti lil Stat Membru jimponi sanzjoni minħabba dikjarazzjoni tardiva tal-annullament ta’ fattura, anki jekk dan l-annullament kien ġie sussegwentement irreġistrat u l-persuna kkonċernata kienet ħallset it-taxxa — bl-interessi — li tirriżulta mill-annullament?

(2)

Iċ-ċirkustanzi msemmija hawn huma rilevanti għall-ewwel domanda:

il-perijodu li fih l-annullament kellu jiġi ddikjarat, huwa ta’ 14-il ġurnata mit-tmiem ix-xahar li fih sar l-annullament;

l-annullament tal-fattura tkun effettivament ġiet iddikjarata xahar qabel it-tmiem tal-perijodu li fih kellu jitwettaq l-annullament;

il-VAT dovuta, miżjuda bl-interessi akkumulati, kienet tħallset lill-baġit tal-Istat?

(2)

L-Artikoli 242 u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jawtorizzaw lill-Istati Membri jimponu fuq persuna taxxabbli, li allegatament ma tkunx issodisfat fil-ħin l-obbligu tagħha li tinkludi elementi fil-kontabbiltà tagħha li huma rilevanti għall-kalkolu tal-VAT, multa pekunjarja li tikkorrispondi għall-ammont ta’ VAT mhux imħallsa fil-ħin, fejn sussegwentment dan in-nuqqas kien ġie rregolarizzat u t-taxxa kollha, bl-interessi, tkun ġiet imħallsa?

(3)

Huwa ta’ rilevanza l-fatt li l-baġit tal-Istat ma ġarrab l-ebda dannu — għaliex il-persuna kkonċernata kienet sussegwentement uriet l-annullament tal-fattura u ħallset it-taxxa kollha, flimkien mal-interessi?

(4)

L-impożizzjoni ta’ multa pekunjarja ugwali għall-ammont totali ta’ taxxa diġà mħallsa bl-interessi, tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).