Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2012 — Guido Imfeld, Nathalie Garcet vs État belge

(Kawża C-303/12)

2012/C 287/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Guido Imfeld, Nathalie Garcet

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

L-Artikolu [39 KE] jipprekludi lis-sistema fiskali Belġjana, b’mod partikolari l-Artikolu 155 tas-CIR/92 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 134(1) tas-CIR/92 — irrispettivament minn jekk tiġix applikata jew le ċ-Ċirkolari, tat-12 ta’ Marzu 2008, Nru Ci.RH.331/575,420 — milli jkollha bħala konsegwenza li d-dħul professjonali tar-rikorrent irċevut fil-Ġermanja, eżentat abbażi tal-Artikolu 17 tal-Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja bejn il-Ġermanja u l-Belġju, jiġi inkluż fil-kalkolu tat-taxxa Belġjana, li jservi bħala bażi tal-għoti ta’ vantaġġi fiskali previsti mis-CIR/92 u li l-benefeċċju ta’ dawn, bħall-kwota eżenti mit-taxxa minħabba s-sitwazzjoni familjari tar-rikorrent, jitnaqqas jew jingħata f’ammont inqas milli kieku ż-żewġ rikorrenti t-tnejn li huma kellhom dħul li joriġina mill-Belġju u li kieku r-rikorrenti, pjuttost milli r-rikorrent, kellha l-ogħla dħul, filwaqt li fil-Ġermanja, ir-rikorrent huwa intaxxat fuq id-dħul professjonali tiegħu bħala persuna waħedha u ma jistax jibbenefika mill-vantaġġi fiskali kollha marbuta mas-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu, li tittieħed inkunsiderazzjoni biss parzjalment mill-awtoritajiet tat-taxxa Ġermaniżi?