Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fil-5 ta’ Lulju 2012 — E.On Energy Trading SE vs Agenția Națională de Administrare Fiscală, Direcția Generală a Finanțelor Publice a Municipiului București — Serviciul de administrare a contribuabililor nerezidenți

(Kawża C-323/12)

2012/C 295/31

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E.On Energy Trading SE

Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală, Direcția Generală a Finanțelor Publice a Municipiului București — Serviciul de administrare a contribuabililor nerezidenți

Domandi preliminari

(1)

Tista’ persuna taxxabbli li jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea minbarra r-Rumanija, u li identifikat għal skopijiet ta’ VAT rappreżentant tat-taxxa fir-Rumanija, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika fis-seħħ qabel l-adeżjoni tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea titqies bħala “persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju tal-pajjiż”, fis-sens tal-Artikolu 1 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE (1), tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż?

(2)

Ir-rekwiżit imniżżel fl-Artikolu 1472(1)(a) tal-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi tat-Taxxa u li tittrasponi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, li l-persuna ġuridika ma għandhiex tkun identifikata għal skopijiet ta’ VAT, jirrappreżenta kundizzjoni oħra b’żieda ma’ dawk espressament ipprovduti fl-Artikoli 3 u 4 [tat-Tmien Direttiva] u, jekk huwa hekk, kundizzjoni oħra ta’ dan it-tip hija permessa, fid-dawl tal-Artikolu 6 tad-Direttiva?

(3)

Jistgħu l-Artikoli 3 u 4 [tat-Tmien Direttiva] jkollhom effett dirett, jew is-sodifazzjon tal-kundizzjonijiet rregolati b’mod espliċitu minn dawk id-dispożizzjonijiet pjuttost jagħti lill-persuna ġuridika li ma hijiex stabbilita fit-territorju tar-Rumanija, skont l-Artikolu 1, id-dritt għar-rifużjoni tal-VAT, irrispettivament mill-mod kif dawn l-artikoli jiġu implementati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79.