Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-1 ta’ Awwissu 2012 — Finanzamt Dortmund-West vs Klinikum Dortmund GmbH

(Kawża C-366/12)

2012/C 366/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Dortmund-West

Konvenuta: Klinikum Dortmund GmbH

Domandi preliminari

(1)

L-operazzjoni marbuta mill-qrib għandha tkun provvista ta’ servizzi b’mod konformi mal-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: operazzjoni marbuta mill-qrib ma’ servizzi ta’ sptar jew ma’ kura medika teżisti biss meta din l-operazzjoni ssir mill-istess persuna taxxabbli li tipprovdi s-servizzi ta’ sptar jew il-kura medika?

(3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda: operazzjoni marbuta mill-qrib teżisti wkoll meta l-kura medika ma tkunx eżenti taħt l-Artikolu 13 A (1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, iżda taħt il-punt (ċ) tal-istess dispożizzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.