24.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija) fit-13 ta’ Awwissu 2012 — Hervis Sport- és Divatkereskedelmi Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-385/12)
2012/C 366/41
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hervis Sport- és Divatkereskedelmi Kft
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Domanda preliminari
Il-fatt li persuna taxxabbli teżerċita attività ta’ bejgħ bl-imnut f’ħanut għandha tħallas taxxa speċjali fuq l-ammont tad-dħul mill-bejgħ nett annwali tagħha li jaqbeż HUF 500 miljun huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet dwar il-prinċipju ġenerali ta’ [non]diskriminazzjoni (Artikoli 18 u 26 TFUE), il-prinċipju ta’ libertà ta’ stabbiliment (Artikolu 49 TFUE), il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (Artikolu 54 TFUE), il-prinċipju ta’ ugwaljanza f’dak li jikkonċerna l-parteċipazzjoni finanzjarja fil-kapital tal-kumpanniji fis-sens tal-Artikolu 54 (Artikolu 55 TFUE), il-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 56 TFUE), il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-kapital (Artikoli 63 u 65 TFUE) u l-prinċipju ta’ ugwaljanza f’dak li jikkonċerna l-intaxxar tal-impriżi (Artikolu 110 TFUE)?