Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel (il-Lussemburgu) fis-27 ta’ Awwissu 2012 — État du Grand-duché de Luxembourg, Administration de l’enregistrement et des domaines vs Edenred Luxembourg SA

(Kawża C-395/12)

2012/C 366/42

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: État du Grand-duché de Luxembourg, Administration de l’enregistrement et des domaines

Konvenuta: Edenred Luxembourg SA

Domanda preliminari

Is-servizzi pprovduti minn emittent ta’ vawċers għall-ikel fil-Lussemburgu lejn negozjant ta’ ristorazzjoni affiljat man-netwerk ta’ aċċettazzjoni tiegħu huma eżenti, kompletament jew parzjalment, mill-VAT b’applikazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 13(B)(d)(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, kif emendata, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, bażi uniformi ta’ stima (77/388/KEE) (1), jekk huwa veru li l-vawċer għall-ikel ma huwiex titolu ta’ ħlas sħiħ u li dawn is-servizzi ma għandhomx bħala skop li jiggarantixxu l-ħlas ta’ ikliet meħuda mill-impjegat tal-impriża klijent (ibid. (B)(d)(2)), fir-rigward ta’ vawċers għall-ikel allokati minn persuna li timpjega lill-impjegati tagħha fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tal-Istat […] meta huwa magħruf li l-affiljazzjoni f’netwerk ta’ vawċers għall-ikel tippermetti li titgawda klijentela komposta mill-impjegati ta’ impriżi klijenti tal-operatur ta’ vawċers għall-ikel u li dan iħallas l-ispejjeż tat-trattament tal-vawċers għall-ikel?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23