Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-10 ta’ Ottubru 2012 — Pro Med Logistik GmbH vs Finanzamt Dresden — Süd

(Kawża C-454/12)

2012/C 399/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pro Med Logistik GmbH

Konvenut: Finanzamt Dresden — Süd

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(3)(a) moqri flimkien mal-Kategorija 5 tal-Anness H tad-Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), u l-Artikolu 98(1), moqri flimkien mal-Kategorija 5 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112, tat-28 ta’ Novembru 2006 (2), jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi rata ta’ taxxa mnaqqsa fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-attività ta’ trasport lokali ta’ persuni b’taxi, filwaqt li t-trasport lokali ta’ persuni b’karozza tal-kiri huwa suġġett għal taxxa normali?

(2)

Għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda, huwa rilevanti li l-vjaġġi li jsiru abbażi ta’ ftehim partikolari ma’ klijenti importanti jitwettqu minn impriżi ta’ taxis u impriżi ta’ karozzi tal-kiri taħt kundizzjonijiet kważi identiċi?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)