Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Novembru 2012 — Dixons Retail Plc vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-494/12)

2013/C 26/48

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dixons Retail Plc

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112/EU (1) għandu jitqies li huwa applikabbli meta t-trasferiment fiżiku ta’ merkanzija jinkiseb bi frodi li jikkonsisti fl-użu, bħala mezz ta’ ħlas, mid-destinatarju tat-trasferiment, ta’ kard li tagħha kien jaf li ma kellux awtorizzazzjoni li jużaha?

(2)

Meta t-trasferiment tal-merkanzija jinkiseb permezz tal-użu frawdolenti ta’ kard, ikun hemm “it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà tanġibbli” fis-sens tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/12?

(3)

L-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/12 għandu jitqies li huwa applikabbli meta min jittraferixxi l-merkanzija mħallsa skont ftehim li bih terz jimpenja ruħu li jagħmel tali ħlasijiet għal transazzjonijiet mħallsa bil-kard, minkejja li d-destinatarju ta’ dan it-tasferiment kien jaf li huwa ma kienx awtorizzat li juża l-kard inkwistjoni?

(4)

Meta jsir ħlas minn terz skont ftehim li konkluż bejn min ittrasferixxa l-merkanzija bħala konsegwenza tal-preżentazzjoni lil dan tal-aħħar ta’ kard li d-destinatarju ta’ dan it-trasferiment ma setax ikun awtorizzat li juża, il-ħlas riċevut minn dan it-terz jista’ jitqies li huwa “ħlas miksub” fis-sens tal-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/12?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).