Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

9.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Diċembru 2012 — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs v GMAC UK PLC

(Kawża C-589/12)

2013/C 71/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Konvenuta: GMAC UK PLC

Domandi preliminari

(1)

Sa fejn persuna taxxabbli, fil-każ ta’ żewġ tranżazzjonijiet li jirrigwardaw l-istess oġġetti, għandha d-dritt, fl-istess waqt i) li tinvoka l-effett dirett ta’ dispożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1) (is-“Sitt Direttiva tal-VAT”) fir-rigward ta’ tranżazzjoni u ii) li tinvoka dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fir-rigward tat-tranżazzjoni l-oħra, meta din tipproduċi, għaż-żewġ tranżazzjonijiet, riżultat fiskali globali li la d-dritt nazzjonali, u lanqas is-Sitt Direttiva tal-VAT, applikati separatament għal dawn it-tranżazzjonijiet, ma jipproduċu jew ma huma intiżi li jipproduċu ?

(2)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 hija li jeżistu ċirkustanzi li fihom persuna taxxabbli ma tkunx awtorizzata li taġixxi b’dan il-mod (jew ma tkunx awtorizzata li taġixxi mod ieħor sa ċertu punt), liema huma dawn iċ-ċirkustanzi u, b’mod partikolari, x’inhi r-relazzjoni bejn iż-żewġ tranżazzjonijiet li jwasslu għal ċirkustanzi bħal dawn?

(3)

Ir-risposta għad-domandi 1 u 2 huma differenti skont jekk it-trattament nazzjonali ta’ xi waħda mit-tranżazzjonijiet jkunx konformi jew le mas-Sitt Direttiva?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).