Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

9.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna — (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Marzu 2012 — Sani Treid EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

(Kawża C-153/12)

2012/C 165/22

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sani Treid EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni”, għall-belt ta’ Varna, tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul Pubbliku)

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett ta’ avveniment li jagħti lok għal ħlas ta’ taxxa fis-sens tal-Artikolu 62(1) tad-Direttiva 2006/112 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi wkoll l-operazzjonijiet eżentati, inklużi dawk li jitwettqu minn persuna li la għandha l-kwalità ta’ persuna taxxabbli fis-sens tat-Titolu III tad-Direttiva u lanqas dik ta’ persuna responsabbli għall-ħlas fis-sens tat-Taqsima I tal-Kapitolu I tat-Titolu XI tal-istess direttiva?

(2)

L-Artikoli 62 u 63 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tqis bħala data ta’ avveniment li jagħti lok għal ħlas id-data li fiha tkun twettqet l-operazzjoni eżentata minflok id-data li minnha din għandha tkun suġġetta għall-VAT?

(3)

L-Artikolu 63 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludi dispożizzjoni u ġurisprudenza nazzjonali li jipprovdu li d-data tal-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT fuq provvista ta’ ċerti partijiet ta’ bini hija mhux dik li fiha jsir it-trasferiment tal-proprjetà, iżda ferm qabel, jiġifieri meta tingħata il-kunsiderazzjoni miftiehma fl-għamla ta’ operazzjoni eżentata minn persuna li la għandha l-kwalità ta’ persuna taxxabbli u lanqas dik ta’ persuna responsabbi għall-ħlas?

(4)

L-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li torbot il-bidu tar-responsabbiltà tal-ħlas tal-VAT mat-twettiq ta’ ħlas li jsir kompletament jew parzjalment permezz ta’ merkanzija jew servizzi?

(5)

L-Artikoli 73 u 80 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li meta l-kunsiderazzjoni għall-provvista jew l-għoti tkun kompletament jew parzjalment prevista f’merkanzija jew servizzi, il-valur taxxabbli tal-provvista u/jew tal-għoti għandu jikkorrispondi, fi kwalunkwe każ, għall-valur tas-suq mifuħ tal-operazzjoni?


(1)  ĠU L 347, p. 1.