Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/55


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság) (l-Ungerija) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — Hardimpex Kft. felszámolás alatt vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Ügyek és Adózók Adó Főigazgatósága

(Kawża C-444/12)

2013/C 225/102

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hardimpex Kft. (fi stralċ)

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Ügyek és Adózók Adó Főigazgatósága

Permezz ta’ digriet tas-16 ta’ Mejju 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddeċidiet kif ġej:

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-awtorità fiskali ta’ Stat Membru tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas mill-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud li hija għandha tħallas l-ammont tat-taxxa dovuta jew imħallsa għall-oġġetti kkunsinnati lilha, peress li tranżazzjoni preċedenti li kienet tagħmel mill-katina ta’ kunsinni kienet ivvizzjata b’irregolarità fid-dawl tar-regoli dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud jew li din il-persuna taxxabbli setgħet tiġi akkużata li naqset milli tiżgura l-provenjenza tal-oġġetti li jinsabu fil-fattura maħruġa mill-fornitur tagħha, mingħajr ma ġie stabbilit b’mod suffiċjenti fid-dritt li din il-persuna kienet taf jew imissha kienet taf bl-imsemmija irregolarità?