Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi - il-Polonja – Marcin Jagiełło vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-33/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tassazzjoni – VAT – Sitt Direttiva – Dritt għal tnaqqis – Rifjut – Fattura maħruġa minn kumpannija li taġixxi prestanome)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marcin Jagiełło

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi - Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2), moqri flimkien mal-Artikolu 5(1), kif ukoll tal-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) - Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Rifjut tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT għal destinatarju ta’ kunsinni fil-każ fejn il-bejjiegħ juża isem persuna oħra - Ħabi tal-attività vera tal-bejjiegħ - Fattura maħruġa minn persuna li ma hijiex il-bejjiegħ - Assenza tal-ħtieġa li jiġi stabbilit l-għarfien mix-xerrej tal-fatt li t-tranżazzjoni inkwistjoni hija marbuta ma’ reat jew ma irregolarità oħra mwettqa mill-bejjiegħ jew mill-entità li tikkoopera miegħu

Dispożittiv

Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li persuna taxxabbli tiġi rrifjutata d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għal oġġetti lilha kkunsinnati, minħabba li, fid-dawl ta’ frodi jew ta’ irregolaritajiet imwettqa mill-persuna li toħroġ il-fattura marbuta ma’ din il-kunsinna, din tal-aħħar titqies li ma saritx realment mill-imsemmija persuna li toħroġ il-fattura, ħlief jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi u mingħajr ma jkun meħtieġ li l-persuna taxxabbli twettaq verifiki li ma humiex imposti fuqha, li tali persuna taxxabbli kienet taf jew missha kienet taf li tali kunsinna kienet involuta fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, fatt li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.

____________

1 ĠU C 141, 18.05.2013.

init_anchors();