Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi (il-Polonja) fit-22 ta’ Jannar 2013 — Marcin Jagiełło vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-33/13)

2013/C 141/13

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marcin Jagiełło

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(1) u (2) flimkien mal-Artikolu 5(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-bejgħ imwettaq minn operatur li juża isem persuna oħra, bil-kunsens ta’ din tal-aħħar, sabiex tinħeba l-attività ekonomika vera tiegħu, jiġi kklassifikat bħala provvista ta’ beni?

(2)

L-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi t-tnaqqis tal-VAT minn fattura stabbilita minn persuna li sempliċement serviet ta’ prestanome għall-bejgħ ta’ beni mwettaq minn operatur ieħor, mingħajr indikazzjoni tal-fatt li x-xerrej kien jaf jew seta’ kien jaf, fuq il-bażi ta’ ċirkustanzi oġġettivi, li t-tranżazzjoni li fiha huwa pparteċipa kienet involuta fi frodi jew f’irregolaritajiet oħra, imwettqa mill-persuna li ħarġet il-fattura jew minn operatur li jikkollabora ma’ din tal-aħħar?