Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Frar 2013 — Gemmente ’s-Hertogenbosch, parti oħra: Staatssecretaris van Financïen

(Kawża C-92/13)

2013/C 147/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gemeente ’s-Hertogenbosch

Konvenut: Staatssecretaris van Financïena

Domandi preliminari

Is-sentenza introduttiva tal-Artikolu 5(7) u l-Artikolu 5(7)(a) tas-Sitt Direttiva (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-sitwazzjoni, li fiha muniċipalità tokkupa għall-ewwel darba proprjetà immobbli li hija bniet fuq l-art tagħha stess u li minnha ser tuża 94 % għall-attivitajiet tagħha bħala awtorità pubblika u 6 % għall-attivitajiet tagħha bħala persuna taxxabbli, li 1 % minnhom għal provvisti eżenti li ma jagħtux lok għal dritt għal tnaqqis, hija meqjusa bħala provvista bi ħlas?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)