Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Marzu 2013 — VDP Dental Laboratory NV u Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-144/13)

2013/C 178/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VDP Dental Laboratory NV u Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 17(1) u (2) tas-Sitt Direttiva (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti dritt għal tnaqqis lill-persuna taxxabbli anki meta dispożizzjoni legali nazzjonali tipprovdi eżenzjoni mhux prevista mid-direttiva (eżenzjoni li teskludi t-telf tad-dritt għal tnaqqis)?

(2)

L-Artikolu 143, initio u (a), u l-Artikolu 140, initio u (a) u (b) tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżenzjonijiet tat-taxxa stabbiliti minnhom ma japplikawx għall-importazzjoni u għax-xiri intra-Komunitarju ta’ proteżi dentali? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, il-benefiċċju mill-eżenzjonijiet huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-kunsinna ta’ proteżi dentali minn Stat ieħor issir minn dentist jew tekniku dentali jew li l-kunsinna ssir lil dentist jew tekniku dentali, jew huwa effettivament suġġett għal dawn iż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)