22.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ April 2013 — Finanzamt Saarlouis vs Heinz Malburg
(Kawża C-204/13)
2013/C 178/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finanzamt Saarlouis
Konvenuta: Heinz Malburg
Domanda preliminari
L-Artikoli 4(1) u (2), u 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1) għandhom, fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità, jiġu interpretati fis-sens li membru ta’ kumpannija rregolata mid-dritt ċivili li tipprovdi konsulenza fiskali li jikseb minn din il-kumpannija parti mill-klijentela bl-għan waħdieni li jgħaddi din il-klijentela immedjatament u mingħajr ħlas lil kumpannija ġdida rregolata mid-dritt ċivili li tipprovdi konsulenza fiskali li fir-rigward tagħha huwa l-membru ewlieni, sabiex din tagħmel użu minnha b’mod professjonali, għandu dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq l-akwiżizzjoni tal-klijentela?
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).