Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fl-20 ta’ Ġunju 2013 — Almos Agrárkülkereskedelmi Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-337/13)

2013/C 304/06

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Almos Agrárkülkereskedelmi Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 77(1) u (2) tal-Liġi CXXVII tal-2007 dwar il-VAT, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2010, huma kompatibbli ma’ dawk tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”), fis-sens li l-liġi Ungeriża dwar il-VAT tkopri l-possibbiltajiet kollha ta’ tnaqqis tal-valur taxxabbli elenkati f’din id-dispożizzjoni?

(2)

Jekk dan ma huwiex il-każ, persuna taxxabbli li, wara t-twettiq ta’ tranżazzjoni, ma kisbitx il-korrispettiv ta’ din tal-aħħar, tista’ titlob, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali f’dan ir-rigward, tnaqqis tat-taxxa abbażi tal-prinċipji ta’ newtralità tat-taxxa u ta’ proporzjonalità, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT?

(3)

Jekk l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT għandu effett dirett, il-possibbiltà li jiġi eżerċitat id-dritt għal tnaqqis fiskali hija għaldaqstant suġġetta għal liema kundizzjonijiet? Huwa biżżejjed li l-bejjiegħ ikun ħareġ fattura ta’ rettifika u li jkun bagħatha lix-xerrej jew huwa wkoll neċessarju li huwa jagħti prova li l-oġġett kien effettivament sar mill-ġdid proprjetà tiegħu, fis-sens li dan ikun materjalment ingħatalu lura?

(4)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tielet domanda, l-Istat Membru huwa obbligat, abbażi tad-dritt Komunitarju, li jikkumpensa d-dannu li jirriżulta minn nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ armonizzazzjoni tiegħu li b’konsegwenza tiegħu l-persuna taxxabbli ġiet miċħuda mill-possibbiltà li tibbenefika minn tnaqqis fiskali?

(5)

L-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-VAT jista’ jinftiehem fis-sens li l-Istati Membri jżommu d-dritt, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, li ma jagħtux tnaqqis tal-valur taxxabbli u, jekk iva, għal dan huwa neċessarju li dispożizzjoni legali nazzjonali tkun espressament eskludiet il-possibbiltà ta’ tali tnaqqis, jew jista’ jitqies li s-silenzju fuq dan il-punt fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tawtorizzahom ukoll jirrifjutaw it-tnaqqis inkwistjoni?


(1)  ĠU L 347, p. 1.