Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Roma (l-Italja) fl-24 ta’ Ġunju 2013 — Cristiano Blanco vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-344/13)

2013/C 260/46

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cristiano Blanco

Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale I di Roma — Ufficio Controlli

Domanda preliminari

L-issuġġettar ta’ persuni residenti fl-Italja għal obbligi dikjarattivi u ta’ ħlas tat-taxxa fuq ir-rebħ minn każinòs stabbiliti f’pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, kif previst mill-Artikolu 67(d) tad-Digriet Presidenzjali Nru 917 tat-22 ta’ Diċembru 1986 (“TUIR”), imur kontra l-Artikolu 49 tat-Trattat KE, jew għandu jiġi kkunsidrat bħala ġġustifikat minn raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika fis-sens tal-Artikolu 46 tat-Trattat KE?