Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/48


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fit-13 ta’ Settembru 2013 — “Traum” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno osiguritelna praktika” — grad Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

(Kawża C-492/13)

2013/C 344/83

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Traum” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno osiguritelna praktika” — grad Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

Domandi preliminari

(1)

Għandu jiġi kkunsidrat li l-kundizzjoni għall-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) hija sodisfatta u li d-deroga prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 139(1) ma għandhiex tapplika f’każ bħal dak fil-kawża prinċipali, fejn ġie kkonstatat li l-fatt li x-xerrej tal-oġġetti ma għandux il-kwalità ta’ “persuna rreġistrata għall-finijiet tal-VAT” ġie indikat fis-sistema ta’ informazzjoni tal-Unjoni wara li twettqet il-kunsinna, u fejn ir-rikorrenti ssostni li hija eżerċitat id-diliġenza neċessarja meta f’din is-sistema hija talbet għal informazzjoni mhux dokumentata? Ir-reġistrazzjoni tardiva tal-kwalità ta’ “persuna li ma hijiex irreġistrata għall-finijiet tal-VAT” tirriżulta mill-informazzjoni stampata tal-amministrazzjoni fiskali.

(2)

Prattika amministrattiva u ġurisprudenza li jobbligaw lill-bejjiegħ (min jikkunsinna skont il-kuntratt tal-ġarr) jistabbilixxi l-awtentiċità tal-firma tax-xerrej u, jekk din il-firma hijiex dik ta’ persuna li tirrappreżenta l-kumpannija xerrejja, ta’ wieħed mill-impjegati tagħha, li jokkupa funzjoni korrispondenti, jew ta’ mandatarju, tmur kontra l-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?

(3)

F’każ bħal dan preżenti, l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112/KE joħloq effett dirett u l-qorti nazzjonali tista’ tapplikah direttament?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).