Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Settembru 2013 — X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-512/13)

2013/C 367/40

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

Teżisti distinzjoni indiretta skont in-nazzjonalità jew ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema — li jeħtieġu ġustifikazzjoni —, meta l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tippermetti allowance eżenti mit-taxxa għal spejjeż extra-territorjali favur il-ħaddiema kkollokati lejn dan l-Istat u meta l-ħaddiema li, matul il-perijodu preċedenti għall-impjieg tagħhom f’dan l-Istat Membru, kienu jgħixu f’pajjiż barrani, f’distanza ta’ iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera ta’ dan l-Istat, jistgħu jingħataw, mingħajr ma jipproduċu provi addizzjonali, allowance fil-forma ta’ somma f’daqqa eżenti mit-taxxa, anki jekk l-ammont ta’ din tal-aħħar ikun iktar minn dak tal-ispejjeż extra-territorjali effettivament sostnuti, filwaqt li l-ħaddiem li, matul dan il-perijodu, kien jgħix f’distanza iqsar mill-fruntiera, jista’ jingħata biss allowance eżenti mit-taxxa li l-ammont tagħha huwa limitat għall-ispejjeż extra-territorjali effettivament sostnuti li jistgħu jiġu ppruvati?

(2)

Jekk l-ewwel domanda teħtieġ risposta affermattiva, il-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonċernata mid-digriet ta’ implementazzjoni tal-1965 tal-Liġi dwar it-taxxa fuq ir-remunerazzjonijiet hija bbażata fuq raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali?

(3)

Jekk anki t-tieni domanda teħtieġ risposta affermattiva, il-kriterju ta’ 150 kilometru f’din ir-regola jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex l-għan imfittex jintlaħaq?