Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės (il-Litwanja) fis-7 ta’ Ottubru 2013 — UAB “Fast Bunkering Klaipėda” vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-526/13)

2013/C 359/07

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Fast Bunkering Klaipėda”

Konvenuta: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Domanda preliminari

L-Artikolu 148(a) tad-Direttiva 2006/112 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni dwar l-eżenzjoni mill-VAT li huwa jipprovdi ma tapplikax biss għall-kunsinni ta’ oġġetti ta’ proviżjon lil operatur ta’ bastiment użat għan-navigazzjoni fl-ibħra fil-miftuħ, li juża dawn l-oġġetti bħala tali, iżda wkoll għal kunsinni lil persuni oħra li ma humiex dan l-operatur, jiġifieri intermedjarji li jagixxu f’isimhom stess, meta, fil-mument ta’ meta seħħet il-kunsinna, id-destinazjoni finali tal-oġġetti tkun magħrufa bil-quddiem u debitament stabbilita u meta l-provi li jikkonfermaw dan jiġu prodotti quddiem l-amministrazzjoni fiskali, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, (ĠU L 347, p. 1)