Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (ir-Repubblika tal-Estonja) fit-28 ta’ Ottubru 2013 — Statoil Fuel & Retail Eesti AS vs Tallinna Ettevõtlusamet

(Kawża C-553/13)

2014/C 15/10

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Statoil Fuel & Retail Eesti AS

Konvenut: Tallinna Ettevõtlusamet

Domandi preliminari

(1)

Jista’ jitqies li l-finanzjament tal-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku fit-territorju ta’ awtorità lokali huwa fini speċifika fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (1), jekk l-awtorità lokali għandha l-obbligu li teżegwixxi u li tiffinanzja din il-missjoni?

(2)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artkolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti li d-dritt nazzjonali jipprevedi taxxa indiretta fuq il-bejgħ ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa lill-konsumatur finali, użata biss għall-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku, jekk l-awtorità lokali li tirċievi t-taxxa hija obbligata torganizza t-trasport pubbliku, obbligu li hija għandha tissodisfa irrispettivament mill-eżistenza ta’ tali taxxa indiretta, u li, fl-aħħar mill-aħħar, l-ammont tal-finanzjament tal-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku ma jiddipendix awtomatikament fuq l-ammont tat-taxxa miġbura, peress li l-ammont li għandu jiġi previst għall-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku kien ġie ddeterminat b’mod preċiż, b’mod li, jekk it-taxxa indiretta tipproduċi iktar dħul, il-mezzi finanzjarji l-oħra previsti mill-awtoritajiet pubbliċi għall-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku huma konsegwentement imnaqqsa u li, għall-kuntrarju, jekk it-taxxa fuq il-bejgħ tipproduċi inqas dħul, l-awtorità lokali għandha, bil-għan li torganizza t-trasport pubbliku, konsegwentement iżżid il-mezzi finanzjarji l-oħra, filwaqt li huwa madankollu possibbli, f’każ ta’ diverġenza bejn il-previżjonijiet u t-taxxi effettiment miġbura, li jiġi emendat l-ammont tal-ispejjeż għall-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku permezz ta’ emenda tal-baġit tal-awtorità lokali?

(3)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti li l-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa jkunu wkoll suġġetti għal taxxa indiretta li l-użu tagħha huwa ddeterminata wara l-istabbiliment tal-obbligu ta’ ħlas ta’ din it-taxxa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, p. 12).