Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (L-Italja) fl-20 ta’ Novembru 2013 — Idexx Laboratoires Italia srl vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-590/13)

2014/C 24/19

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Idexx Laboratoires Italia srl

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha tat-8 ta’ Mejju, C-95/07 u C-96/07, li jipprovdu li l-Artikoli 18(1)(d) u 22 tas-Sitt Direttiva 77/388 (1), kif emendata bid-Direttiva 91/680/KEE (2), fil-qasam tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fi Stati Membri dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, jipprekludu prassi ta’ rettifika tad-dikjarazzjonijiet u ta’ rkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tissanzjona ksur, minn naħa, tal-obbligi li jirriżultaw mill-formalitajiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali skont dan l-Artikolu 18(1)(d), u, min-naħa l-oħra, tal-obbligi ta’ kompatibbiltà kif ukoll ta’ dikjarazzjoni li jirriżultaw rispettivament mill-imsemmi Artikolu 22(2) u (4), permezz ta’ rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ reverse charge — huma wkoll applikabbli fil-każ ta’ ksur totali tal-obbligi imposti minn din l-istess leġiżlazzjoni, meta ma jkunx hemm fi kwalunkwe każ dubju dwar is-sitwazzjoni ta’ persuna suġġetta għat-taxxa u tad-dritt tagħha għal tnaqqis?

(2)

Il-frażijiet “obblighi sostanziali”, “substantive requirement” u “exigences de fond” użati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti fis-sentenza tat-8 ta’ Mejju 2008, C-95/07 u C-96/07, jirreferu, fir-rigward tal-ipoteżi ta’ “reverse charge” fil-qasam tal-VAT, għall-ħtieġa li l-VAT titħallas jew li jiġi assunt id-dejn fiskali jew saħansitra għall-eżistenza ta’ kundizzjonijiet sostantivi li jiġġustifikaw l-issuġġettar tal-persuna għall-ħlas tat-taxxa u li jirregolaw id-dritt għal tnaqqis intiż li jipproteġi l-prinċipju ta’ newtralità tal-imsemmija taxxa, li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni — bħan-natura inerenti, in-natura taxxabbli u n-natura ta’ tnaqqis totali?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1991, li tissuplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u temeda d-Direttiva 77/388/KEE bil-ħsieb li tneħħi l-fruntieri fiskali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 160)