Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/23


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-639/13)

2014/C 45/39

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u M. Owsiany-Hornung)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT għal oġġetti initiżi biex jipprovdu protezzjoni min-nar, imsemmija fl-Anness 3 tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 96 sa 98 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, (1) moqrija flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika tal-Polonja tapplika rata mnaqqsa ta’ VAT għal oġġetti li ma humiex imsemmija fl-Anness III tad-Direttiva. Dawn l-oġġetti, madankollu, għandhom jiġu ntaxxati bir-rata standard għaliex ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 98(2) tad-Direttiva. Minbarra dan, l-argument ippreżentat mill-Polonja huwa relatat esklużivament ma’ politika ekonomika u ma jistax jitqies għall-iskopijiet ta’ ġustifikazzjoni legali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Fil-fehma tal-Kummissjoni, għaldaqstant, ma hemm l-ebda dubju li d-dispożizzjonijiet tal-liġi Pollakka ma ġewx adattati għar-rekwiżiti tad-Direttiva.


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.