15.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-13 ta’ Diċembru 2013 — Surgicare — Unidades de Saúde SA vs Fazenda Pública
(Kawża C-662/13)
2014/C 78/06
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Surgicare — Unidades de Saúde SA
Konvenuta: Fazenda Pública
Domanda preliminari
F’kuntest fejn l-amministrazzjoni fiskali tissuspetta li teżisti prattika abbużiva intiża sabiex jinkiseb ir-rimbors tal-VAT u li fiha d-dritt Portugiż jipprovdi proċedura minn qabel obbligatorja applikabbli għall-prattiki abbużivi fil-qasam fiskali, hemm lok li jiġi kkunsidrat li din il-proċedura ma tistax tapplika fil-qasam tal-VAT, fid-dawl tal-oriġini Komunitarja ta’ din it-taxxa?