Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Financiën vs X BV

(Kawża C-160/13)

2013/C 178/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: X BV

Domandi preliminari

L-Artikolu 140(a) u (b) tad-Direttiva dwar il-VAT tal-2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mill-VAT li jistabbilixxi ma tapplikax għall-akkwist intra-Komunitarju ta’ proteżijiet dentali? Jekk ir-risposta tkun fin-negattiv, il-benefiċċju tal-eżenzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-proteżijiet dentali jiġu kkunsinnati minn barra l-pajjiż minn dentist jew minn tekniku dentali jew li jiġu kkunsinnati lil dentist jew lil tekniku dentali jew inkella huwa suġġett għal dawn iż-żewġ kundizzjonijiet flimkien?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).