Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ April 2013 — Turbu.com BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-163/13)

2013/C 171/37

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Turbu.com BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jobbliga lill-awtoritajiet u lill-qrati nazzjonali jirrifjutaw il-benefiċċju tal-eżenzjoni mill-VAT favur kunsinna intra-Komunitarja meta fatti oġġettivi jippermettu li jiġi stabbilit li twettqet frodi tal-VAT mal-provvista ta’ oġġetti u li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li kienet qed tipparteċipa f’tali operazzjoni, fil-każ li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix li din il-persuna għandha tiġi mċaħħda mill-benefiċċju tal-eżenzjoni f’ċirkustanzi bħal dawn?