Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ April 2013 — Turbu.com Mobile Phone’s BV; parti oħra: Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-164/13)

2013/C 171/38

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Turbu.com Mobile Phone’s BV

Parti oħra: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jimponi fuq l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali l-obbligu li jirrifjutaw il-benefiċċju tad-dritt ta’ tnaqqis meta fatti oġġettivi juru li tkun saret frodi tal-VAT fi provvista ta’ beni u li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf bil-parteċipazzjoni tagħha fiha, fil-każ li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix id-dekadenza ta’ dan id-dritt f’ċirkustanzi simili?