Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Gent (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Jannar 2014 – Property Development Company NV vs Belgische Staat

(Kawża C-16/14)

2014/C 102/20

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Property Development Company NV

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-interessi fuq kapital misluf li, skont l-Artikolu 35(4) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978 (1), jistgħu jiġu inklużi fl-ispejjeż ta’ produzzjoni sa fejn jikkonċernaw il-perijodu ta’ produzzjoni, jagħmlu parti mill-bażi taxxabbli għal applikazzjoni għal użu privat fis-sens tal-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (2), jiġifieri mill-“prezz ta’ kemm jiġi [tal-ispiża]” imsemmi fl-Artikolu 11A(1)(b) tas-Sitt Direttiva u/jew mill-ispejjeż inċidentali msemmija fl-Artikolu 11A(2) tal-istess direttiva?


(1)  Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21).

(2)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).