Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Minister Finansów vs Wojskowa Agencja Mieszkaniowa w Warszawie

(Kawża C-42/14)

2014/C 135/21

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: Wojskowa Agencja Mieszkaniowa w Warszawie

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 14(1), l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-provvista ta’ elettriku, ta’ enerġija għat-tisħin u ta’ ilma, kif ukoll is-servizzi ta’ ġbir ta’ skart, żgurati favur min jikri li juża direttament dawn l-oġġetti u servizzi minn operatur terz speċjalizzat, fir-realtà jitwettqu minn sid il-kera meta huwa jkun ikkonkluda l-kuntratt għall-provvista ta’ dawn l-oġġetti u servizzi u meta huwa sempliċement jgħaddi l-ispejjeż lil min jikri l-post li effettivament jagħmel użu minnhom?

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-ispejjeż tal-elettriku, tal-enerġija għat-tisħin, tal-ilma kif ukoll dawk tal-ġbir ta’ skart, li min jikri l-post jagħmel użu minnhom, iżidu l-ammont taxxabbli (il-kera) msemmi fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112 fir-rigward tal-provvista tas-servizz ta’ kiri, jew il-provvisti ta’ oġġetti u servizzi inkwistjoni jikkostitwixxu provvisti differenti mis-servizz ta’ kiri tal-post?


(1)  ĠU L 347, p. 1