Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Belġju) fil-5 ta’ Frar 2014 – Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs État Belge

(Kawża C-55/14)

2014/C 102/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Régie communale autonome du stade Luc Varenne

Konvenut: État Belge

It-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-faċilitajiet ta’ infrastruttura sportiva użata esklużivament għal finijiet relatati mal-futbol, li għandu jinftiehem bħala d-dritt ta’ użu u ta’ operat tal-art li fuqha jsir il-logħob (il-piċċ) tal-grawnd tal-futbol, kif ukoll tal-kmamar fejn ibiddlu l-plejers u r-referees fuq bażi ad hoc għal massimu ta’ 18-il jum kull staġun sportiv (staġun sportiv jibda fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena kalendarja u jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara), jikkostitwixxi kirja ta’ proprjetà immobbli eżentata fis-sens tal-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) (Artikolu 135(1)(l) tad-Direttiva tal-VAT Nru 2006/112 (2)), sa fejn il-parti li tagħti d-dritt ta’ użu u ta’ operat:

għandha l-fakultà sħiħa li tagħti drittijiet identiċi lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn tal-għażla tagħha fir-rigward ta’ jiem oħra li ma humiex it-18-il jum imsemmija iktar ’il fuq;

għandha d-dritt li, f’kull ħin, taċċedi l-imsemmija faċilitajiet, mingħajr kunsens minn qabel tal-parti detentriċi tad-dritt ta’ użu u ta’ operat, sabiex b’mod partikolari, tiżgura ruħha mill-użu xieraq tal-faċilitajiet u sabiex tantiċipa kull ħsara, bil-kundizzjoni waħdiena li ma ttellifx l-iżvolġiment mingħajr xkiel tal-kompetizzjonijiet sportivi;

barra minn hekk, iżżomm dritt ta’ kontroll permanenti tal-aċċess għall-faċilitajiet, inkluż matul il-perijodu ta’ użu tagħhom mir-R.F.C.T;

titlob ħlas b’rata fissa ta’ EUR 1 750 għal kull jum ta’ użu tal-art li fuqha jsir il-logħob, tal-kmamar ta’ tibdil, tal-bar, tas-servizz ta’ portinaġġ, ta’ sorveljanza u ta’ monitoraġġ tal-faċilitajiet kollha, u dan għandu jinftiehem li, bi qbil bejn il-partijiet, mill-ammont mitlub, 20 % jirrappreżentaw id-dritt ta’ aċċess għall-piċċ tal-futbol u 80 % jirrappreżentaw il-ħlas għal servizzi varji relatati mal-manutenzjoni, mat-tindif, maż-żamma tajba (ħsid ta’ wiċċ l-art, żriegħ, etc) u mal-konformità regolatorja tal-art li fuqha jsir il-logħob u għall-provvista ta’ servizzi anċillari, ipprovduti mill-parti li tagħti d-dritt ta’ użu u ta’ operat (f’dan il-każ, ir-Régie li fil-preżent qiegħda tappella).


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.

(2)  Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)