Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Frar 2014 – Finanzamt Linz vs Bundesfinanzgericht, Außenstelle Linz

(Kawża C-66/14)

2014/C 142/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Linz

Awtorità konvenuta: Bundesfinanzgericht, Außenstelle Linz

Intervenjenti: IFN-Holding AG, IFN Beteiligungs GmbH

Domandi preliminari

1.

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 107 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 87 KE) u tal-Artikolu 108(3) TFUE [li qabel kien l-Artikolu 88(3) KE] jipprekludu miżura nazzjonali li tipprevedi li, fil-kuntest tat-tassazzjoni ta’ grupp ta’ impriżi, għandu jsir deprezzament tal-valur kummerċjali tal-impriża (li jnaqqas il-valur taxxabbli u għaldaqstant l-ammont tat-tassazzjoni) wara l-akkwist ta’ sehem f’kumpannija residenti, meta, f’każijiet oħra ta’ tassazzjoni tad-dħul u tal-kumpanniji, wara l-akkwist ta’ parteċipazzjoni, tali deprezzament tal-valur kummerċjali tal-impriża ma huwiex awtorizzat?

2.

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 49 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 43 KE) u tal-Artikolu 54 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 48 KE) jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li jipprevedu li, fil-kuntest tat-tassazzjoni ta’ grupp ta’ impriżi, għandu jsir deprezzament tal-valur kummerċjali tal-impriża wara l-akkwist ta’ sehem f’kumpannija residenti, meta, wara l-akkwist ta’ sehem f’kumpannija mhux residenti (b’mod partikolari f’kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni), ma jkunx possibbli li jsir tali deprezzament tal-valur kummerċjali tal-impriża?