Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Frar 2014 – X, konvenut: Directeur van het onderdeel Belastingregio Belastingdienst/X van de Rijksbelastingdienst

(Kawża C-72/14)

2014/C 142/21

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Directeur van het onderdeel Belastingregio Belastingdienst/X van de Rijksbelastingdienst

Domandi preliminari

1)

Fis-sentenza Fitzwilliam (1), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ċertifikat E101 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru huwa meħtieġ fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali ta’ Stati Membri oħra, anki fil-każ fejn dan iċ-ċertifikat ma jkunx materjalment eżatt. Din il-konklużjoni tapplika wkoll f’każijiet bħal dan, fejn ir-regoli ta’ deżinjazzjoni tar-Regolament (2) ma japplikawx?

2)

Għall-finijiet tar-risposta għal din id-domanda, għandu impatt il-fatt li l-istituzzjoni kompetenti, li ma kellhiex l-intenzjoni li toħroġ ċertifikat E101, madankollu użat, għal raġunijiet amministrattivi, konxjament u intenzjonalment, dokumenti li kienu jippreżentaw ruħhom, mill-forma u mill-kontenut tagħhom, bħala ċertifikati E101, filwaqt li l-persuna interessata kienet taħseb u setgħet raġonevolment taħseb li kisbet tali ċertifikat?


(1)  Sentenza tal-10 ta’ Frar 2000, FTS (C-202/97, Ġabra p. I-883).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).