Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Cuneo (l-Italja) fil-5 ta’ Marzu 2014 – Proċeduri kriminali kontra Ivo Taricco et

(Kawża C-105/14)

2014/C 194/12

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Cuneo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ivo Taricco,

Ezio Filippi,

Isabella Leonetti,

Nicola Spagnolo,

Davide Salvoni,

Flavio Spaccavento,

Goranco Anakiev

Domandi preliminari

a)

L-emendar tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali Taljan permezz tal-Liġi Nru 251 tal-2005 – fil-parti li tikkontempla estensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni biss bi kwart tat-tul wara interruzzjoni, u għaldaqstant, li tippermetti l-preskrizzjoni tar-reati minkejja t-tressiq malajr tal-azzjoni kriminali, bil-konsegwenti impunità għal dawn ir-reati – jikser ir-regola ta’ ħarsien tal-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 101 TFUE?

b)

Bl-emendar tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali Taljan permezz tal-Liġi Nru 251 tal-2005 – fil-parti li tikkontempla estensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni biss bi kwart tat-tul wara interruzzjoni, u għaldaqstant, li ċċaħħad minn konsegwenzi kriminali r-reati mwettqa minn operaturi ekonomiċi mingħajr skrupli – l-Istat Taljan introduċa forma ta’ għajnuna pprojbita mill-Artikolu 107 TFUE?

c)

Bl-emendar tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali Taljan permezz tal-Liġi Nru 251 tal 2005 – fil-parti li tikkontempla estensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni biss bi kwart tat-tul wara interruzzjoni, u għaldaqstant, li toħloq ipoteżi ta’ impunità għal min jinstrumentalizza d-Direttiva Komunitarja – l-Istat Taljan indebitament żied eżenzjoni ulterjuri flimkien ma’ dawk espliċitament ikkontemplati mill-Artikolu 158 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006 (1)?

d)

Bl-emendar tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali Taljan permezz tal-Liġi Nru 251 tal 2005 – fil-parti li tikkontempla estensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni biss bi kwart tat-tul wara interruzzjoni, u għaldaqstant, li tirrinunzja milli tippenalizza aġir li jċaħħad lill-Istat mir-riżorsi neċessarji anki biex jiffaċċja l-obbligi lejn l-Unjoni Ewropea, ġie miksur il-prinċipju ta’ finanzi b’saħħithom stabbilit mill-Artikolu 119 TFUE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)