Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja) fis-17 ta’ Marzu 2014 – Sveda UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-126/14)

2014/C 175/29

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sveda UAB

Konvenuta: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Terza persuna interessata: Klaipėdos apskrities valstybinė mokesčių inspekcija

Domanda preliminari

L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jista’ jiġi interpretat bħala li jagħti lill-persuna taxxabbli id-dritt li tnaqqas il-VAT input, imħallsa bil-produzzjoni ta’ (akkwist) assi mhux kurrenti intiżi għal attività kummerċjali bħal dawk fil-kawża prinċipali, li 1) huma direttament intiżi sabiex jiġu użati mingħajr ħlas mill-pubbliku, 2) iżda li jistgħu jiġu kkunsidrati mezz ta’ kif il-viżitaturi jiġu mħajjra sabiex jmorru fil-lok fejn il-persuna taxxabbli, filwaqt li teżerċita l-attività ekonomika tagħha, tixtieq tipprovdi merkanzija u/jew servizzi?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.