7.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 212/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Maramureș (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Marzu 2014 – Cabinet Medical Veterinar Dr. Tomoiagă Andrei vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca, irrappreżentata mill-Administrația Județeană a Finanțelor Publice Maramureș
(Kawża C-144/14)
2014/C 212/13
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Maramureș
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cabinet Medical Veterinar Dr. Tomoiagă Andrei
Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca, rappreżentata mill-Administrația Județeană a Finanțelor Publice Maramureș
Parti msejħa sabiex tintervjeni: Direcția Sanitar-Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Maramureș
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 273 u l-punt 18 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità fiskali nazzjonali kellha tirreġistra l-persuna suġġetta għall-VAT u li timponi fuqha l-obbligi marbuta mat-taxxa dovuta u mal-aċċessorji ta’ din tal-aħħar, meta jinqabeż il-limitu ta’ eżenzjoni, sa mid-data li fiha l-persuna taxxabbli kienet ippreżentat quddiem l-awtorità fiskali kompetenti dikjarazzjonijiet fiskali li juru li nqabeż il-limitu ta’ eżenzjoni tal-VAT? |
2) |
F’każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun pożittiva, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha l-awtorità fiskali imponiet retroattivament l-obbligu tal-ħlas tal-VAT fuq il-persuna taxxabbli minħabba l-fatt li s-servizzi mediċi veterinarji ma humiex eżentati mill-ħlas tal-VAT u li nqabeż il-limitu ta’ eżenzjoni, fejn:
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).