Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-14 ta’ April 2014 – EasyPay AD, Finance Engineering AD vs Ministerski savet na Republika Balgaria, Natsionalen osiguritelen institut

(Kawża C-185/14)

2014/C 194/21

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EasyPay AD, Finance Engineering AD

Konvenuti: Ministerski savet na Republika Balgaria, Natsionalen osiguritelen institut

Domandi preliminari

1)

Servizz postali, bħalma huwa s-servizz tat-trasferiment ta’ flus permezz ta’ ordinijiet postali mill-persuna li tagħmel it-trasferiment li, f’dan il-każ, huwa l-Istat, lill-persuni li jirċievu t-trasferiment, li huma persuni intitolati għal benefiċċji soċjali, għandu jitqies bħala li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 97/67/KE (1), fil-verżjoni tagħha kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE (2) u 2008/6/KE (3) u li għalhekk huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 106 TFUE u 107 TFUE?

2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 106 TFUE u 107 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu restrizzjoni għal kompetizzjoni libera fir-rigward tal-provvista ta’ servizz postali bħal dak deskritt meta dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi marbuta mal-protezzjoni ta’ drittijiet fundamentali kostituzzjonali taċ-ċittadini u mal-politika soċjali tal-Istat, u meta, fl-istess ħin, in-natura tas-servizz tippermetti li dan is-servizz jiġi kklassifiikat bħala servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali, bil-kundizzjoni li l-fornitur tas-servizz jitħallas kumpens li ma jaqbiżx l-ammont previst fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 9380, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali?


(1)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).

(2)  Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta' Ġunju 2002, li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 316).

(3)  Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, p. 3).