Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit-22 ta’ April 2014 – Silvia Georgiana Câmpean vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Mediaș, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-200/14)

2014/C 235/06

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silvia Georgiana Câmpean

Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Mediaș, Administrația Fondului pentru Mediu

Domanda preliminari

L-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 17, 20, 21(1) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ ħlas lura tat-taxxi pprojbiti mid-dritt tal-Unjoni skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Rakkomandazzjoni 16/2003 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa [u] r-Riżoluzzjoni Nru 1787/2011 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropea, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu regola bħall-Artikolu XV tad-Digriet Liġi Nru 8/2014?