Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Económico Administrativo Central de Madrid (Spanja) fil-5 ta’ Ġunju 2014 – Banco de Santander S.A.

(Kawża C-274/14)

2014/C 303/19

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Económico Administrativo Central de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco de Santander S.A.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE (1), tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aspettattivi leġittimi rrikonoxxuti minnu u definiti japplikaw għat-tnaqqis tal-ammortizzazzjoni fiskali tal-fond tal-kummerċ finanzjarju previst fl-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, sa fejn dawn jirrigwardaw shareholding indiretti f’kumpanniji mhux residenti mwettqa permezz tal-akkwiżizzjoni diretta ta’ kumpannija holding mhux residenti?

2)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, hemm lok li tiġi kkonstatata n-nullità tad-Deċiżjoni C (2013) 4399 finali, tas-17 ta’ Lulju 2013, fil-proċedura ta’ Għajnuna mill-Istat SA.35550 (13/C) (ex 13/NN, ex 12/CP) – Ammortizzazzjoni fiskali tal-fond tal-kummerċ finanzjarju għall-akkwiżizzjoni ta’ ishma barranin, li permezz tagħha, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, minħabba l-ksur tal-imsemmi artikolu u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo659/1999 (2), tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE?


(1)  ĠU 2011, L 7, p. 48.

(2)  ĠU L 83, p. 1.