Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Timiș (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Ġunju 2014 – Silvia Ciup vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Timiș – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Timișoara

(Kawża C-288/14)

2014/C 303/25

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunal Timiș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silvia Ciup

Konvenut: Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Timiș – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Timișoara.

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività tal-azzjonijiet għal kumpens tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti bil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll id-dritt għall-proprjetà stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ dritt intern li jiddifferixxu, permezz ta’ ħlas mifrux fuq 5 snin, il-ħlas lura tat-taxxi rċevuti bi ksur tad-dritt Komunitarju u tal-interessi legali marbuta magħhom, ordnata permezz ta’ deċiżjonijiet tal-qorti li saru eżekuttivi minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2015?