Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

15.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2014 – ADM Hamburg AG vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

(Kawża C-294/14)

2014/C 315/60

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ADM Hamburg AG

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt

Domanda preliminari

Il-kundizzjoni materjali tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (1), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2010, tat-18 ta’ Novembru 2010, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), li tipprovdi li l-prodotti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu dawk li ġew esportati mill-pajjiż benefiċjarju fejn huma kkunsidrati bħala li kienu oriġinarji, hija ssodisfatta f’każ bħal dak f’din il-kawża, fejn numru ta’ lottijiet ta’ żejt tal-palm mhux raffinat minn diversi pajjiżi esportaturi li jibbenefikaw mis-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi, li huma kkunsidrati bħala li joriġinaw minnhom, ma kinux fiżikament separati fl-esportazzjoni u fl-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, iżda li matul l-esportazzjoni ġew imqiegħda fl-istess tank tal-bastiment trasportatur u li għalhekk ġew importati fil-forma ta’ taħlita fl-Unjoni Ewropea, taħt kundizzjonijiet fejn jista’ jiġi eskluż li prodotti oħra – b’mod partikolari prodotti li ma jibbenefikaw minn l-ebda trattament preferenzjali – ġew miżjuda mat-tank tal-bastiment trasportatur matul it-trasport ta’ dawn il-prodotti sar-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkulazzjoni libera?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.

(2)  ĠU L 307, p. 1.