Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Lulju 2014 – Wolfgang und Dr. Wilfried Rey Grundstücksgemeinschaft GbR vs Finanzamt Krefeld

(Kawża C-332/14)

2014/C 329/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wolfgang u Dr. Wilfried Rey Grundstücksgemeinschaft GbR

Konvenut: Finanzamt Krefeld

Domandi preliminari

1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, jippermetti li l-Istati Membri jipprivileġġjaw, bħala kriterju ta’ tqassim għall-finijiet tal-kalkolu tal-proporzjoni tat-tnaqqis tal-VAT tal-input dovuta għal operazzjoni partikolari, bħall-kostruzzjoni ta’ bini ta’ użu mħallat, kriterju ta’ tqassim differenti minn dak ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, previst fl-Artikolu 19(1) ta’ din id-direttiva, sakemm il-metodu magħżul jiggarantixxi determinazzjoni iktar preċiża tal-imsemmija proporzjon tat-tnaqqis (sentenza BLC Baumarkt, C-511/10, EU:C:2012:689).

a)

Fil-mument tax-xiri jew tal-kostruzzjoni ta’ bini ta’ użu mħallat, il-provvisiti minn qabel li tagħhom il-valur taxxabbli jkun marbut mal-ispejjeż tax-xiri jew tat-twettiq għandhom, għall-finijiet ta’ kalkolu iktar preċiż tal-ammonti ta’ taxxa tal-input imħallsa li jistgħu jitnaqqsu, jiġu imposti l-ewwel fuq l-operazzjonijiet ta’ użu (li jistgħu jiġu imposti jew eżentati) tal-immobbli, u wara jitqassmu biss il-bqija tat-taxxi tal-input imħallsa li ma ġewx imposti skont kriterju ta’ tqassim ibbażat fuq is-superfiċji jew fuq id-dħul mill-bejgħ?

b)

Il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha BLC Baumarkt, EU:C:2012:689, u r-risposta għad-domanda preċedenti huma applikabbli wkoll għall-ammonti ta’ taxxa tal-input imħallsa għal provvisti minn qabel marbuta mal-użu, mal-konservazzjoni jew mal-manutenzjoni ta’ immobbli ta’ użu mħallat?

2)

L-Artikolu 20 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regolarizzazzjoni, prevista f’din id-dispożizzjoni, tat-tnaqqis li jkun twettaq fil-bidu għandu jkun applikabbli wkoll meta persuna taxxabbli tkun qassmet it-taxxi tal-input imħallsa għall-kostruzzjoni ta’ immobbli ta’ użu mħallat skont il-metodu bbażat fuq id-dħul mill-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 19(1) ta’ din id-direttiva u awtorizzat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u Stat membru jipprivileġja, a posteriori, matul dan il-perijodu ta’ regolarizzazzjoni, kriterju ieħor ta’ tqassim?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti: il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 20 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, meta l-Istat Membru, għall-każijiet bħal dawk imsemmija iktar ‘il fuq, ma jiddisponix espressament regolarizzazzjoni tat-taxxa tal-input imħallsa u lanqas jadotta sistema tranżitorja, u meta t-tqassim tat-taxxa tal-input imwettaq mill-persuna taxxabbli skont il-metodu bbażat fuq id-dħul mill-bejgħ ikun ġie rrikonoxxut bħala raġonevoli mill-Bundesfinanzhof?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)