Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) - l-Ungerija – Jácint Gábor Balogh vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-424/14) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – VAT – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 213 u 214 – Nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-bidu ta’ attività – Skema ta’ eżenzjoni għall-impriżi żgħar – Sanzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jácint Gábor Balogh

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

Dispożittiv

L-Artikolu 213(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lil persuna taxxabbli li tiddikjara l-bidu ta’ attività ekonomika meta l-prodott ta’ din l-attività ma jkunx jeċċedi l-limitu tal-iskema ta’ eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar u meta l-persuna taxxabbli ma tkunx intiża li teżerċita attività taxxabbli.

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li multa amministrattiva tissanzjona n-nuqqas ta’ osservanza minn persuna taxxabbli tal-obbligu tagħha li tiddikjara l-bidu ta’ attività ekonomika meta l-prodott ta’ din l-attività ma jkunx jeċċedi l-limitu tal-iskema ta’ eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tevalwa jekk, fil-kawża prinċipali, is-sanzjoni imposta hijiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

____________

1 ĠU C 439, 8.12.2014.

init_anchors();