Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Ottubru 2014 – Sabine Hünnebeck vs Finanzamt Krefeld

(Kawża C-479/14)

(2015/C 034/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sabine Hünnebeck

Konvenut: Finanzamt Krefeld

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 63(1) TFUE u tal-Artikolu 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa fuq donazzjoni, tipprevedi li t-tnaqqis fuq il-bażi taxxabbli fil-każ ta’ donazzjoni ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jkun inqas meta d-donatur u d-donatarju jkunu jirresjedu, fid-data li fiha ssir id-donazzjoni, fi Stat Membru ieħor, mit-tnaqqis li jiġi applikat jekk tal-inqas wieħed minnhom kien jirresjedi, fl-istess data, fl-ewwel Stat Membru, anki jekk din il-leġiżlazzjoni tipprevedi wkoll li dan it-tnaqqis tal-aħħar (iktar għoli) huwa applikat fuq talba tad-donatarju (filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-beni kollha rċevuti b’titolu gratuwitu mingħand id-donatur matul l-għaxar snin ta’ qabel u l-għaxar snin ta’ wara d-donazzjoni)?